Issieħeb Magħna

Stedina lil dawk l-eluf ta' partitarji, Irġiel u Nisa, tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu. Kun parti mill-Għaqda u mill-Istorja ta’ suċċess tagħha.

Issieħeb issa.

Kull ma trid tagħmel huwa li tniżżel il-formola tal-applikazzjoni minn din l-hemża, imla sewwa d-dettalji mitluba u ibgħatha f’dan l-indirizz:

Is-Segretarju Ġenerali,
Għaqda tal-Mużika San Gejtanu,
703, Palazz Thiene,
Triq il-Kbira
il-Ħamrun

Tinsiex:

Kif taħdem il-proċedura tas-sħubija skont l-Istatut tal-Għaqda

Hekk kif applikazzjoni mimlija sewwa tasal fl-uffiċċju tas-Segretarju, din titwaħħal għal żmien 7 ijiem fin-Notice Board tal-Każin.

Wara titressaq fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat għall-approvazzjoni.

Hekk kif approvata, l-individwu jiġi mgħarraf bil-miktub u jiġi mitlub javviċina lill-Kaxxier biex iwettaq il-ħlas tas-sħubija.

Għal sħubija ġdida hemm ħlas ta’ darba ta’ sħubija ta’ €12.

Il-ħlas annwali ta’ sħubija hu regolat mill-Istatut u bħalissa jaqra €20 fis-sena. Laqgħa Ġenerali biss tista’ tagħmel tibdil f’din ir-rata.

Is-sħubija tibda tgħodd mill-jum li fih jitwettaq il-ħlas ta’ darba ta’ sħubija (€12) u l-ħlas għas-sena partikulari li mbagħad ikun irid jiġġedded kull sena. Minn dakinhar li jsir dan il-ħlas l-individwu jikseb id-drittijiet ta’ Imsieħeb skont l-Istatut u wkoll ikollu dmirijiet li b’għemilu f’kull ħin ikun ta’ ġieħ għall-Għaqda.