Kuraturi
Il-Kuraturi
L-Istatut tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu, jiddedika wieħed mill-kapitli tiegħu lejn il-ħatra u l-funzjoni tal-Kuraturi tal-Għaqda.
Il-Kuraturi huma tlieta minn fost l-Imseħbin tal-Għaqda, li jiġu maħtura kull sentejn mil-Laqgħa Ġenerali biex jaqdu l-funzjonijiet kif deskritti fl-Istatut primarjament li jħarsu u jgħassu fuq l-andament ġenerali tal-Għaqda.
Huma mitluba li kull tant żmien jagħtu rapport bil-miktub lill-Kumitat Ċentrali fejn iwasslu l-kummenti ġenerali tagħhom dwar ħidmet l-Għaqda u t-taqsimiet tagħha, juru fejn l-affarijiet jistgħu jimxu aħjar u jagħtu suġġerimenti għal dan.
Għandhom id-dritt li jispezzjonaw kull dokument uffiċjali tal-Għaqda inklużi l-kotba tal-minuti, korrispondenza u r-reġistri finanzjarji.
Jekk iħossu l-ħtieġa għandhom id-dritt jitolbu lill-Kumitat issejjaħ Laqgħa Ġenerali Straordinarja, talba li ma tistax tiġi miċħuda. F’tali Laqgħa ma jista’ jiġi diskuss xejn ħlief is-suġġett li jressqu huma.
Il-Kuraturi preżenti tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu huma:
- Is-Sur Victor Grech
- Is-Sur Frans X Cassar
- Is-Sur Pierre Hili


