Il-Kumitat Ċentrali Tal-Għaqda Tal-Mużika San Gejtanu

Il-Kumitat Ċentrali tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu jiġi maħtur annwalment fil-bidu tax-xahar ta’ Novembru b’elezzjoni minn fost l-imsieħba kollha tal-Għaqda. Fl-Istatut tal-Għaqda hemm regolamenti ċari dwar il-mod kif għandha tissejjaħ u titmexxa l-elezzjoni, min jista’ jikkontesta, u għadd ta’ regoli oħra relatati. L-istess Statut, f’kapitlu ieħor tiegħu jitkellem dwar ir-rwol u l-funzjoni tal-uffiċjali tal-Għaqda u tal-bqija tal-Kumitat Ċentrali.

Il-Kumitat tal-Għaqda irid ikun iffurmat minn 17-il membru – 5 membri uffiċjali u 12-il membru ordinarju. F’idejn il-Kumitat hija fdata t-tmexxija tal-Għaqda u l-akbar responsabbiltà tiegħu hija ħidma favur l-avvanz u kontinwità tal-Għaqda biex dejjem jintlaħqu u jkunu sostnuti l-għanijiet li għalihom twaqqfet, hekk kif jidhru fl-ewwel paragrafu tal-istatut, jiġifieri t-tixrid, l-apprezzament u t-tagħlim mużikali, u li l-Każin tal-Għaqda jservi ta’ ċentru kulturali, soċjali u familjari ġewwa l-Ħamrun.

Il-Kumitat Ċentrali 2011-2012:

Membri Uffiċjali:

President:Dr. John Buttigieg BA. LL.D.
Viċi President:Anselm Sciberras
Segretarju Ġenerali:Roderick Portelli
Kaxxier:Giovanni Mangion
Direttur Ġenerali:Louis Cutajar

Membri Ordinarji:

Assistent Segretarju:Nigel Vella
Assistent Kaxxier:Neil Demicoli
Rappreżentant tal-Banda:Noel Mallia
Delegati tal-Banda:Mark Monseigneur
Joe Cini
Assistent Direttur:Andrew Borg
Assistent Direttur:Lolly Mangion
Assistent Direttur:Glen Gatt
Diretturi Sports:Alan Portelli
Noel Theuma
P.R.O.:Roderick Portelli
Membri:Nicholas Allen
Andrei Dimech

Fl-ewwel laqgħa tiegħu il-Kumitat wara li jqassam dawn il-karigi, jaħtar ukoll persuni, minn ħdanu jew le, biex jieħdu ħsieb taqsimiet oħra fit-tmexxija tal-Għaqda kemm fuq bażi ta’ kariga speċifika u kemm bħala Kummissjonijiet.

Il-karigi mogħtija għas-sena 2011-2012 huma kif ġej:

Direttur Spiritwali:Patri Alex Scerri O.Carm.
 
Konsulent Finanzi:Oscar Delia F.C.C.A., C.P.A.A., F.I.A.
 
Kummissjoni Statut:Uffiċjali tal-Kumitat, Joe Zammit, Pawlu Hall, Raymond S. Sammut, Frans Cassar u Victor Grech.
 
Kummissjoni Inventarju:Viċi President, Direttur Ġenerali, Victor Grech u Emanuel Farrugia
 
Kummissjoni Attivitajiet Soċjali:Viċi President, Direttur, Kaxxier, Neil Demicoli, Chris Sammut, Alex Cassar, Ruth Portelli, Daniela Cathya Portelli, Joe Demicoli
 
Kummissjoni ideat għall-Finanzi:Viċi President, Segretarju, Kaxxier, Nicholas Allen, Andrei Dimech, Alan Gatt, Alan Cutajar, Svetlana Muscat
 
Kummissjoni Oqbra:Direttur Ġenerali, Emanuel Farrugia u Geoffrey Sciberras
 
Kummissjoni Żgħażagħ Tamlin:Segretarju (Liaison Officer), Nigel Vella (Asst Liaison Officer), Chris Sammut, Vince Zammit, Alex Cassar, Clive Micallef, Gerth Bajada, Tanya Borg, Daniel Caruana, Lisa Attard, Karl J. Micallef, Kurt Mallia, Larkin Portelli, George Attard
 
Sotto Kummissjoni ŻgħażagħIan Pintley u Omar Azzopardi (Konsulenti), Jean Pierre Gatt, Costantino Azzopardi, Andre Farrugia, Marvin Borg, Joseph Cachia, Clayton Said, Claudio Camilleri, Red Ones
 
Editorjal:Anselm Sciberras

Jaħdmu fi ħdan l-Għaqda insibu wkoll il-Kuraturi, il-Bord tad-Dixxiplina, ir-Reviżuri u l-Kummissjoni Elettorali. Dawn jiġu maħtura mill-imsieħba waqt il-Laqgħat Ġenerali tal-Għaqda.

Reviżuri fil-preżent:Victor Dimech, John Grech, Paul Hall
 
Kummissjoni Elettorali fil-preżent:Emanuel Farrugia, Pawlu Hall, Mario Schembri, Joe Zammit

Dwar il-funzjoni tal-Kuraturi u tal-Bord tad-Dixxiplina, u kif dawn huma kostitwiti, ara t-taqsimiet rispettivi.

Dwar ix-xogħol u l-ħatriet kollha konnessi mal-Banda ara t-Taqsima ‘Banda’.

Dwar ir-rwol u x-xogħol tal-Kummissjoni Żgħażagħ Tamlin ara t-Taqsima ‘Kummissjoni Żgħażagħ Tamlin’.