Uħud Mill-Pubblikazzjonijiet Mill-Għaqda Tal-Mużika San Gejtanu

L-ewwel ktejjeb li nħareġ mill-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu kien fl-1947, fl-okkażjoni tal-festi ċentinarju mill-400 sena mill-mewt ta’ San Gejtanu, fejn kien ingħata prominenza kbira l-Innu Kbir (Kantata) ta’ Mro. Joseph Abela Scolaro u Dun Frans Camilleri, li nkiteb għall-okkażjoni.

Minn dakinhar sal-preżent l-Għaqda dejjem ħarġet il-ktieb annwali tagħha fil-festa tal-Patrun, għajr għal xi eċċezzjonijiet żgħar, kif ukoll ippubblikat għadd ta’ kotba/fuljetti oħra f’okkażjonijiet speċjali jew Programmi kbar tal-Banda.

Ikklikja fl-istampi ta' taħt biex tara għażla żgħira minnhom...