Bord Kontroll u Dixxiplina
L-Istatut tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu, jiddedika wieħed mill-kapitli tiegħu lejn il-ħatra u l-funzjoni tal-Bord tad-Dixxiplina.
Dan il-Bord jiġi maħtur kull sena mil-Laqgħa Ġenerali Annwali. Irid ikun kompost minn tliet membri u jinħatru wkoll 2 membri sostituti. Il-membri tal-Bord ma jistax ikollhom parentela bejniethom.
Biex il-laqgħat tal-Bord ikunu validi irid ikunu preżenti it-tliet membri, jew sostitut jekk ikun meħtieġ dan. Il-Bord għandu s-setgħa jisma’ kull kas imressaq quddiemu mill-Kumitat Ċentrali. Hemm proċeduri dwar kif għandu jsir l-avviż, is-smiegħ, ix-xhieda, id-dritt tal-akkużat u d-dritt tal-Għaqda fil-każijiet li jiġu mressqa.
Fl-Istatut hemm ukoll linji ta’ pieni li jservu bħala gwida lill-Bord meta jiġi biex jagħti piena f’każ li xi każ jinqata’ kontra l-akkużat. Id-deċiżjonijiet kollha tal-Bord huma finali ħlief f’każ ta’ tkeċċija ta’ membru fejn hemm id-dritt tal-appell regolat ukoll bl-istatut.
Il-Bord tad-Dixxiplina preżenti hu magħmul minn:
- L-Avukat Toni Abela
- Is-Sur Joe Zammit
- Is-Sur John Grech
- Is-Sur Frans X Cassar (sostitut)
- Is-Sur Pawlu Hall (sostitut)


