Mro. Joseph Belli, 2011-
Assistent Surmast Tal-Banda San Gejtanu
Joseph Belli iben Anthony u Mary Doris nee' Cauchi twieled fl-14 ta' Novembru 1973 ġewwa l-Imtarfa u trabba fir-raħal tal-Ħamrun. Il-Karriera Mużikali ta' Joseph bdiet maz-ziju tiegħu li għallmu l-ewwel rudimenti bażiċi tal-Mużika. Kompla bit-tagħlim ma’ l-Għaqda Mużikali San Gejtanu tal-Ħamrun taħt Mro. Ray Sciberras fejn ħareg idoqq għall-ewwel darba it-Tenor Saxophone fil-festa ta' San Gejtanu tal-1989. Huwa kompla jistudja t-teorija Mużikali għand Mro.Sciberras fejn wara li għadda mill-gradi kollha tat-teorija irnexxilu jikseb id-diploma A.Mus. L.C.M. fl-1997. Wara li kompla jistudja għand Mro.Sciberras huwa rnexxilu jikseb d-diploma L.Mus.L.C.M. fl-1998. Joseph studja l-kompożizzjoni għand Mro. Sciberras fejn pprepara sensiela ta’ kompożizzjonijiet biex jiġu approvati mill-London College of Music.
Wara li ha t-tagħlim fuq is-sax għand Mro Joe Camilleri, Joseph kompla billi beda jattendi għall-lezzjonijiet għand il-klarinettista magħruf Mro. Freddie Mizzi. Joseph kiseb esperjenza ma' diversi baned lokali filwaqt li jifforma parti minn diversi Bands. Huwa daqq bħala 1st Tenor sax u Baritone Sax mal-Freddie Mizzi Big Band filwaqt li daqq ukoll mall-Band ta' Mro. Joe Brown u Mro. Paul Abela.
Fl-2011, l-Għaqda ħatritu bħala Assistent Surmast fl-istorja tagħha.Attwalment Joseph huwa għalliem ukoll fl-iskola tal-Mużika tal-Każin San Gejtanu fil-Ħamrun, kif ukoll huwa Assistent Surmast mal-baned San Bartolomeo tal-Għargħur, Marija Assunta tal-Gudja, kif ukoll mal-Banda San Gorg Qormi, fejn jgħallem l-istrumenti tal-qasba.


