Loading Data... 

stgaetanbc.com - site design by WeaveFX

Aħbarijiet

Dettalji iktar tard...

Għaldaqstant, nistiednukhom tagħmlu mawra fis-Sit... Grazzi

 Iċċekkja iktar tard. Grazzi...

 Storja tas-Soċjeta'

L-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu taf il-bidu tagħha lil żagħżuġħ ħabbrieki meta flimkien ma' xi ħbieb tiegħu kienu fuq iz-zuntier tal-Parroċċa tagħna jiddiskutu xewqa li kienet komuni għalihom kollha, dik li jwaqqfu Għaqda Mużikali ġdida fil-Ħamrun, apparti dik li kien hemm tiġa, jiġifieri l-Għaqda Mużikali San Ġużepp.

Wara ħafna taħbit u ġiri, il-ħolma ta' dawn iż-żgħażagħ saret realta'. Għalhekk nhar San Ġwann, jiġifieri nhar l-24 ta' Ġunju 1906 ġiet imwaqqfa ufficjalment l-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu.

Iż-żagħżugħ li kien il-moħħ wara t-twaqqif ta' din is-Soċjeta' kien Francesco Buttigieg li eventwalment sar il-fundatur tas-Soċjeta'. Minnufih, Francesco u sħabu bdew ifittxu post biex jsir l-ewwel sede uffiċjali ta' l-Għaqda li ngħatat l-isem tal-Patrun tal-Ħamrun - San Gejtanu.

L-ewwel dar kienet ġewwa Triq il-Kbira l-Ħamrun li llum il-ġurnata iġġib in-numru 707. Matul is-snin, l-Għaqda bidlet is-sede tagħha erbgħa (4) darbiet, fejn minn numru 707, ġiet trasferita għan-numru 699 fi Triq il-Kbira stess. Ftit tas-snin wara, l-għaqda reġet iċċaqalqet u marret fejn illum insibu l-Azzjoni Kattolika tal-Guvintur, jiġifieri l-LEGA. Minn hemm, is-socjeta' mxiet għas-sede li għadha fiha sal-lum il-ġurnata, jiġifieri ġewwa l-Palazz Thiene, fi Triq il-Kbira. Dan iċ-ċaqliq kollu sar peress li sa mill-bidunett ta' din l-għaqda magħha bdew jingħaqdu aktar imsieħba.

Il-Banda San Gejtanu damet biss erbgħa u erbgħin gurnata biex għamlet l-ewwel programm mużikali tagħha fil-pubbliku. Dan sar fis-6 u s-7 t'Awissu 1906, meta l-Banda eżegwiet Programm u Marci lejliet il-festa u marci f'nhar il-festa ta' San Gejtanu.

Fil-gżira tagħna il-laqmijiet tista tgħid li minn dejjem kellhom post importanti fl-iżvillupp tas-soċjetajiet u għaqdiet ċivili, u żgur li għall-każini tal-lokal tagħna m'hemmx eċċezzjoni. L-għaqda tagħna għandha il-laqam TAT-TAMAL. Dan il-laqam ġie mogħti lilna mill-partitarji ta' l-Għaqda Mużikali San Ġużepp peress li bieb ma' bieb mas-sede kien hemm ċertu Grabil li kien ibigħ u jaħmi l-imqaret tat-Tamal. Malli raw hekk l-antenati tagħna bdew isejjħu lil ta' kontrihom tal-MISKINA, peress li kien hemm bosta bandisti u membri li telqu minn magħhom biex jiġu mas-soċjeta' tagħna.

L-Għaqda Mużikali San Gejtanu tat sehem sħiħ tagħha fl-istorja, fejn naraw li kienet inizjattiva tagħha li twaqqaf uffiċjalment il-Malta Table Tennis Association. Apparti minn hekk is-soċjeta fetħet il-bibien tagħha biex organizzazzjonijiet oħra mportanti setgħu jużaw is-swali tagħha biex jitwaqqfu u jistabilixxu ħidmiethom. Fosthom nistgħu nsemmu lill-Moviment tal-Malti, l-Għaqda Kittieba Żgħażagħ, is-St John Ambulance Brigade, kumpaniji tat-Teatrin u ħafna oħrajn. Jekk il-każin tagħna kien miftuħ għal attivitajiet ta' għaqdiet oħra, l-Għaqda tagħna kienet miżgħuda bl-attivitajiet tagħha, fejn fosthom ma nistgħux ma nsemmux is-sehem tagħha fil-karnival u kif ukoll f'kull xorta ta' sport.

Għalkemm l-għaqda dejjem kienet impenjata b'diversi attivitajiet, l-għan ewlieni tagħha, li għaliħ hi ġiet imwaqqfa qatt ma ntesa - il-Mużika. Lejn tmiem is-snin tmenin l-Għaqda waqfet fi ħdana skola tal-mużika biex tieħu ħsieb bl-aktar mod organizzat u professjonali t-tagħlim ta' l-alljevi li n-numru taghhom qed jiżdied kontinwament sal-ġurnata tal-lum. Fil-fatt is-soċjeta qed tgawdi l-frott ta' din l-iskola għax uħud mill-alljevi tagħha qed jiksbu suċċessi kbar fl-istudji mużikali tagħhom.

L-arkivji mużikali li tħaddan is-soċjeta' huma rikki b'marċi popolari, funebri, mużika klassika u operistika, kif ukoll siltiet mill-isbaħ li għamlu storja mad-dinja kollha. Pero l-aktar siltiet li huma għal qalb is-soċjeta', huma dawk li ġew miktuba matul is-snin minn Surmastrijiet tal-banda stess. Ovvjament għandna l-Innu tal-Banda San Gejtanu li huwa kompożizzjoni tal-qatt minsi ex-Surmast direttur Mro. Joseph Abela Scolaro, fuq versi tal-mikbi Dun Frans Camilleri, ex-Direttur Spiritwali. Ta' dan l-istess kompożitur ma nistgħux ma nsemmux il-Kantata lil San Gejtanu, li din kienet ġiet eżegwita għall-ewwel darba fl-elf disa' mija u sebgħa u erbgħin. Is-Surmast attwali Mro. Ray Sciberras ukoll minn naħa tiegħu kompla żewwaq l-arkivju tagħna b'siltiet mill-isbaħ. Nsemmu fosthom il-kantata Tislima Lil San Gejtanu li kienet iżżanżnet tnax-il sena snin ilu, meta is-soċjeta' kienet qed tiċċelebra id-disgħin anniversarju tagħha, u l-aktar reċenti ma' nistgħux ma nsemmux il-Kantata mill-isbaħ f'ġieħ il-Qaddis Malti San Ġorġ Preca - Tifħir lil Kristu Sultan li tana lil Dun Ġorġ, li ndaqqet għall-ewwel darba fit-3 ta' Mejju ta' l-2008.

Jekk qed nitkellmu fuq l-istorja ta' l-għaqda, ma nistawx ma nsemmux lill-Kummissjoni Żgħażagħ Tamlin, li sa mis-sena elf disa' mija u sebgħa u tmenin, dejjem kienet minn ta' quddiem biex tfaħħar u tgħin lis-socjeta'. Dan qed tagħmlu biex tkompli tiġbed lejha żgħażagħ u partitarji permess ta' diversi attivitajiet. Il-kummissjoni mhux kellha f'moħħha l-attivitajiet biss iżda ħadmet u stinkat biex fost l-oħrajn tat ammont sabiħ ta' sturmenti biex b'hekk l-iskola tal-mużika kompliet tikber. Fi ħdan din l-istess kummissjoni, tajjeb li nsemmu li nsibu it-Tamlini KidZ Club li ġie imwaqqaf fl-2005, fejn l-għan ta' dan il-klabb hu li sa minn eta' żgħira, t-tfal tagħna jiġu imrawma fi sbuħija tal-Każini tagħna. Dan il-klabb jorganizza regolarment diversi attivitajiet kemm ġewwa u kif ukoll barra il-Palazz Thiene. Tajjeb li nsemmu li l-Għaqda San Gejtanu, maż-żmien għamlet u għandha kuntant tajjeb ma' l-Ordni tat-Teatini - l-ordni imwaqqfa minn San Gejtanu. Dan sar grazzi għal kuntatt kontinwu li jsir mas-Segretarju Ġenerali ta' din l-ordni Padre Gaetano Rossell C.R.

Kumitat Ċentrali | Palazz Thiene | Persunaġġi | Sports | Gazzetta - Tat-Tamal | San Gejtanu

Min kien San Gejtanu?

1480 : Gejtanu twieled f'Viċenza minn familja Nobbli.

1482 : Miet missier Gejtanu.

1504 : Ħa l-lawrija fil-Liġi Ċivili u Ekklesjastika ġewwa Padova.

1506 : Kellu l-uffiċċju ta' kittieb t'ittri pontifiċji u dinjita' ta' protonotorju appostoliku.

1508 : Ħadem ġewwa l-Parroċċi ta' Malo u Bressanvido u f' dan iż-żmien kien attiv fl-Oratorju tad-"Divino Amore". Ħa ħsieb ukoll il-morda fl-Isptar ta' San Ġlormu f'Augusta.

1516 : Fit-30 ta' Settembru ġie ordnat Sacerdot.

1517 : F'lejliet il-Milied ġewwa Ruma fil-knisja ta' Santa Maria Maggiore, huwa kellu d-dehra tal-Madonna li tagħtu lil Ġesu' tarbija f'idejh.

1518 : Mar lura Viċenza fejn sentejn wara kellu jiffaċċja l-mewt t'ommu u kif ukoll f'dan iż-żmien waqqaf l-isptar ta' l-inkurabbli.

1524 : Nhar l-14 ta' Settembru waqqaf il-kongregazzjoni ta' Kjeriċi Regolari, jew kif inhuma magħrufa it-Teatini. Dan sar flimkien ma' l-Isqof Giampietro Carafa, Bonificio Colli u Paolo Consiglieri. Huwa ħalla din l-ordni f'idejn il-providenza t'Alla.

1527 : Persekuzzjoni f'Ruma fejn ukoll jiġi arrestat u msawwat. Ġie meħlus mill-Venezjani. F'din is-sena wkoll sar is-Superjur Ġenerali ta' l-ordni tat-Teatini.

1528-1529 : Ħidma mportanti mit-Teatini fi żmien il-pesta u l-ġuħ ġewwa Veneto.

1530 : Beda l-ħidma tiegħu ġewwa Napli u kien f'dan iż-żmien li għamel l-ewwel presepju modern Naplitan. Dan sar ġewwa l-oratorju tal-Knisja ta' Santa Maria della Stalletta.

1538 : Daħal b'mod definittiv fil-Knisja ta' San Paolo Maggiore. Dan kien żmien meta beda jħeġġeġ lin-nies jersqu lejn is-Sagramenti u ħadem biex itejjeb il-ħajja tal-poplu.

1539 : Waqqaf il-Monte di Pieta' (li minnu ħareġ il-Banco di Napoli). Dan sar biex jgħin iktar lill-foqra.

1547 : Mal-mewt ta' Gejtanu fis-7 t'Awissu, il-ġlied kbir li kien qed jaħkem lin-Napli waqaf. Huwa ġie midfun fil-knisja ta' San Paolo Maggiore.

1624 : Fit-23 ta' Novembru ġie beatifikat mill-Papa Urbanu VIII.

1671 : Fit-12 t'April ġie pproklamat qaddis mill-Papa Klement X.


Ikklikja hawn biex tara xi stampi ta' San Gejtanu...

Gazzetta - Tat-Tamal

Iklikkja hawn biex taqra il-gazzetta "tat-Tamal" ta' Settembru 2008. Biex taraha f'window differenti, għafas il-buttuna l-leminija tal-mouse fuq il-link u agħżel "Open Link in New Window/Tab".

 Iċċekkja iktar tard. Grazzi...

 Kumitati

  • Kummissjoni Żgħażagħ Tamlin
  • Tamlini KidZ Club
  • Kummissjoni Dixxiplina

 Festa

Iklikkja hawn biex tara slideshow ta' xi ritratti tal-Festa tas-sena 2008.

 Souvenirs

Ikklikja fuq stampa biex tara ritratt ikbar. Uża l-keyboard jew mouse biex taqleb minn stampa għal oħra.

 Guestbook

Ikklikja hawn biex tara l-guestbook tas-Soċjeta'